AVVIżI TAL-PARROĊĊA
IL-WIIEĦED U TLETIN ĦADD TA’ MATUL IS-SENA
5 – 12 ta’ NOVEMBRU 2023
-
Illum il-Ħadd issir il-ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar b’risq l-
ispejjeż tar-restawr tal-knisja parrokkjali. Inkunu ġenerużi. -
Illum il-Ħadd issir quddiesa fiċ-Ċimiterju tal-parroċċa fl-4.00pm. Infakkar
li matul ix-xahar ta’ Novembru ċ-Ċimiterju jkun miftuħ kuljum mis-
7.30am sal-4.00pm. Inħeġġeġ sabiex inżommu ċ-Ċimiterju tagħna nadif
kemm jista’ jkun. Min ikun irid jikteb xi ntenzjoni għall-mejtin jista’
jpoġġiha f’waħda mill-kaxxi li għandna fuq l-artali tal-ġnub. -
It-Tlieta jsir il-ħasil tal-knisja parrokkjali. Nirringrazzjaw lil kull min jista’
jgħin. -
Il-Ħamis ser ikun hawn ħin għall-qrar fil-knisja għall-adolexxenti li ser
jagħmlu l-Griżma tal-Isqof bejn il-5.30 u s-7.30pm. -
Il-Ġimgħa jkun hawn ħin għall-qrar fil-knisja għall-ġenituri u l-parrini tal-
adolexxenti li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof bejn il-5.30 u s-7.30pm. -
Is-Sibt li ġej niċċelebraw is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil numru ta’
adolexxenti mill-parroċċa tagħna fil-quddiesa li tibda fis-6.00pm. Tifhmu
li dak in-nhar il-knisja tkun riservata l-ewwel nett għall-ġenituri u l-
familjari ta’ dawk li ser jagħmlu l-Griżma. -
Ser norganizzaw tlett ijiem għal Sqallija bejn it-8 u l-10 ta’ Diċembru.
Fosthom ser inżuru Catania, Etna, Taormina, Randazzo, Giarre, Centro
Sicilia, u Pozzallo. Min hu nteressat jista’ jiġbor programm mis-
sagristija. -
Qedgħin nistiednu lit tfal minn 4 snin il fuq li jixtiequ jieħdu sehem fil-
kant tal-quddiesa ta’ nofs il-lejl ta’ lejliet il-Milied
sabiex jinkitbu fis-sagristija. -
Ser norganizzaw ħarġa fiż-żmien il-festi tal-Milied fejn ser ikollna ikla s-
Sorreda Hotel nhar is-Sibt, 30 ta’ Diċembru filgħaxija. Min hu nteressat
jista’ jaqta biljett mingħand il-helpers jew mis-sagristija. -
Rigward il-proġetti tal-PA System u l-Cameras fil-knisja, s’issa
daħlu €4,390 f’donazzjonijiet. Filwaqt li nirringrazzja lil dawn il-persuni,
nkompli nħeġġeġ sabiex kull min jista’ jgħin ħalli niġbru s-somma
meħtieġa għal dan il-proġett. Iktar il-quddiem tingħata l-irċevuta lil kull
min bagħat id-donazzjoni u kiteb l-indirizz.