Infakkru li matul iż-żmien tar-Randan qed ikun hemm tlett korsijiet ta’ eżerċizzi fuq Radio Maria. Dawn ser ikunu fl-10.30am minn Patri Andrew Galea OFM Conv., fil- 5.30pm minn Mons Carmelo Refalo, u fl-10.30pm minn Dun Mark Mallia Pawley.
Minħabba s-sitwazzjoni allarmanti tal-pandemija, l-Isqfijiet ħarġu direttiva sabiex jieqfu l-laqgħat kollha, inkluż it-tagħlim tal-katekiżmu. Fejn huwa possibli, dawn għandhom isiru online. Jiġifieri, minn nhar it-Tnejn sal-11 ta’ April mhux se ssir duttrina la tal-bniet fiċ-Ċentru u lanqas fil-Mużew.
Il-laqgħa li kellha ssir bħal nhar it-Tnejn ġimgħa, għall-ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Praċett f’Ġunju li ġej, ġiet posposta għal data oħra, iktar il-quddiem, prattikament meta s-sitwazzjoni tkun tippermetti.
Nitolbu għall-Papa Franġisku, li bħalissa qiegħed jagħmel żjara sinifikattiva ħafna ġewwa l-Iraq, sabiex din tħalli l-frott mixtieq fost il-komunita Nisranija f’dan il-pajjiż.
Il-ġimgħa li ġejja issir il-ġabra speċjali b’risq il-parroċċa tagħna. Infakkar li l-ġbir se jmur b’risq il-proġett tar-restawr tal-knisja.