Nhar il-Ħadd li ġej, 14 ta’ Ġunju niċċelebraw il-festa ta’ Corpus Domini. Fil-għodu ser issir il-Purċissjoni bħas-soltu imma b’xi differenzi. Ser jieħdu sehem numru ftit ta’ fratelli, u niex ma jistgħux jakkumpanjaw. Għaldaqstant nistedinkom sabiex issegwu l-purċissjoni mill-ġnub tat-toroq li minnhom ser tgħaddi l-purċissjoni. It-triq li minnhom ser ngħaddu hija dik tas-soltu, jiġifieri: Triq il-Parroċċa, Triq il-Kbira, Triq Santa Katerina, Triq it-Torri, Triq San Nikola u nerġgħu fi Triq il-Parroċċa. Il-ħin ukoll ser ikun bħal dak tas-soltu, wara l-quddiesa tat-8.30am, jiġifieri: bejn id-9am u l-10am.